Futbol Sport

Simone Inzaghi jinħatar coach ta’ Inter

Simone Inzaghi inħatar coach ta’ Inter u se jkun qed jiffirma l-kuntratt fil-ħin li ġej, sas-sena 2023. Inzaghi diġa ikkuntattja lill-attakkant Romelu Lukaku u qallu bil-proġett li għandu għal Inter fis-snin li ġejjin, hekk kif kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tal-attakkant Belġjan.

Il-coach Taljan mexxa lil Lazio għall-aħħar erba’ staġuni fejn fost l-oħrajn rebaħ il-Coppa Italia fl-2019 kif ukoll is-SuperCoppa Italiana darbtejn kontra Juventus fl-istaġun 2017/18 u fl-istaġun 2019/20.