Il-prosekuturi li qed imexxu l-każ kontra l-eks pulizija li spiċċa kkundannat dwar il-qtil, sena ilu, ta’ George Floyd talbu biex l-imputat jingħata sentenza ta’ 30 sena ħabs għall-omiċidju.
Derek Chauvin, f’April li għadda, instab ħati għall-qtil ta’ Floyd, raġel iswed, u fejn kien uża forza eċċessiva biex iżomm lill-vittma mal-art b’irkopptu magħfusa fuq għonqu . Is-sentenza ta’ Chauvin għandha tkun ikkonfermata fil-25 ta’ Ġunju u l-Prosekuzzjoni qalet li l-qtil ta’ Floyd ‘ixxokkja l-kuxjenza tal-pajjiż kollu’ u li sentenza twila ta’ priġunerija għandha tkun xierqa fi-ċirkustanzi.
Dan minkejja li l-avukati li qed jiddefendu lil Chauvin fissru l-qtil ta’ Floyd bħala ‘żball dovut għat-taħriġ bażiku tal-imputat bħala uffiċjal tal-liġi.’
Il-qtil ta’ Floyd kien qanqal mewġa ta’ rabja fost dimostrazzjonijiet bit-tema ‘Black Lives Matter’ fl-Istati Uniti u ‘il hinn minnha – bid-dimostranti jipprotestaw ukoll dwar ‘l-aġir vjolenti tal-pulizija razzisti’.
Intant, Chauvin u tliet ex pulizija oħra huma akkużati, separatament, dwar l-abbuż tad-drittijiet ċivili ta’ George Floyd.
//= $special ?>