Trent Alexander-Arnold se jitlef il-Euro 2020 wara li ċarrat muskolu minn saqajh u mistenni jdum barra bejn 4 u 6 ġimgħat.
Wara l-ispekulazzjoni fl-aħħar ġimgħat dwar jekk hux se jkun msejjaħ mal-iskwadra finali jew le, Alexander-Arnold mhux se jilgħab fil-Euro 2020 hekk kif weġġa’ fil-partita ta’ ħbiberija ta’ lbieraħ kontra l-Awstrija.
B’hekk il-coach Gareth Southgate għandu l-għażla li jinkludi plejer ieħor fl-iskwadra tiegħu, minn dawk li ma kienux se jkunu msejjħa mal-iskwadra finali. Fost dawk li jistgħu jissejjħu hemm id-difensuri Ben Godfrey u Ben White kif ukoll il-midfielders Jesse Lingard u James Ward-Prowse.
//= $special ?>