Huma 74 il-każi attivi f’pajjiżna hekk kif fl-aħħar sigħat kienu rreġistrati 2 każi ġodda u 4 persuni mfejqa.
Tul il-bullettin tas-saħħa ħareġ li f’Malta għandna l-ewwel każ tal-varjant Indjan. Sa issa għadu mhux magħruf dan il-każ minn fejn ġie u kif ġie.
Ħareġ ukoll li mill-każijiet tal-varjant, 47% tal-każi tal-COVID-19 kienu riżultat tal-varjant tar-Renju Unit, il-varjant B117, 3.7% tal-każi kienu tal-varjant Brażiljan, il-P1 u 0.7% ġejjin mill-varjant Afrikan, il-B1351.
Fortunatamanet qed tkompli x-xejra pożittiva li kellna fl-aħħar disa’ t’ijiem, bl-ebda vittma ġdida tal-virus ma tkun irrappurtata bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa. Dan ifisser li l-vittmi tal-pandemija f’pajjiżna baqgħu 419.
Sal-lum 226,341 persuna jew madwar nofs il-popolazzjoni ta’ pajjiżna, tlaqqmu b’mod sħiħ.
Għad-domandi ta’ Net News il-Professuer Charmaine Gauci qalet li huwa importanti li jinżammu l-protokolli u li dawk li jmorru fil-każini u l-ħwienet tax-xorb għandhom jibqgħu bilqiegħda. Hija qalet li għax-xahar ta’ Ġunju mhux se jsiru attivatajiet tal-massa, għajr biss għal tiġijiet li għandhom isegwu r-regoli imposti ta’ kawtela.
Dwar it-tħassib ta’ bosta żgħażagħ dwar tħassib ta’ nuqqas ta’ fertilità mill-vaċċin, is-Supridendent tas-Saħħa ħeġġet biex kulħadd jieħdu l-vaċċin, u jimxi skont sorsi affidabbli.
Dwar il-kwarantina ta’ dawk li jiġu Malta… il-proċess ta’ kif jittieħdu fi kwarantina Charmaine Gauci spjegat li dawn qed jittieħdu f’lukanda apposta għall-kwarantina.
Tul l-istess konferenza tal-aħbarjiet il-Professur Charmaine Gauci qalet li huma 48% ta’ dawk li għandhom bejn is-16 u 29 sena li ħadu l-vaċċin. Tul l-aħħar ġimgħa l-età medja tal-każijiet li nstabu kienet ta’ 32 sena. Hija qalet li bħalissa m’hemmx pazjenti bil-Covid-19 fl-ITU ta’ Mater Dei. Intant il-Professur Charmaine Gauci tenniet l-appell tagħha biex in-nies jibqgħu kawti, jimxu mad-direttivi tas-saħħa u jibqgħu konxji li għalkemm jinsab taħt kontroll il-virus għadu fostna.
//= $special ?>