Lokali

62.5 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija ma jafux jekk hux se jkunu qed jgħixu ħajja aħjar fi żmien sena

L-istharrig illi tmexxa mill-Ufficcju tal-President jindika b’mod car li l-maġġoranża tan-nies ma jafux jekk fi żmien sena hux se jkunu qed jgħixu ħajja aħjar.

F’dan l-istħarriġ xjentifiku, li sar f’April u Mejju ta’ din is-sena ġew annaliżati bosta aspetti tas-socjeta’ taghna; fosthom ir-reliġjon, il-kultura, l-impjieg, l-għażliet li l-poplu jagħmel ta’ kuljum, id-drittijiet, il-politika, l-aspett finanzjarju, u diversi temi oħra. Ħadu sehem madwar 1,064 persuna minn 16-il sena ’l fuq, inkluż zgħazagħ, anżjani, ħaddiema, u ħafna gruppi oħra li jikkaraterizzaw l-popolazzjoni taghna.

Jidher illi z-zgħazagħ huma l-iktar kunteni b’ħajjithom, filwaqt illi 39 fil-mija qalu li ħajjithom tista’ tkun aħjar minn dik ta’ bħalissa. Madwar 36.2 fil-mija tan-nies miżżewġa qalu li jinsabu kuntenti bil-ħajja tagħhom, filwaqt li 34.9 fil-mija tan-nies mhux miżżewwġa qalu li qed jgħixu ħajja kuntenta u feliċi.

Rigward il-meżżi ta’ għajnuna, 63 fil-mija tal-popolazzjoni tghid illi qatt ma fittxew għajnuna mingħand professjonisti bħal counsellors, psikologi, u social workers, iżda minflok jagħżlu li jitkellmu mal-qraba tagħhom.

Meta ġiet diskussa t-tema tal-livell tagħajxien tal-Poplu Malti u Għawdxi, madwar 76 fil-mija tan-nies qalu li l-livell ta’ għajxien tagħhom huwa medju.

Fuq tema oħra, kienu madwar 93.5 fil-mija tan-nies Maltin u Għawdxin li wieġbu li jemmnu f’Alla, filwaqt li 8 fil-mija taz-zgħazagħ stqarrew li ma jemmnux f’Alla. Madwar 60 fil-mija tan-nies sostnew li r-reliġjon hija importanti ħafna f’ħajjithom u madwar 20 fil-mija tal-Ghawdxin qalu li r-reliġjon m’hi importanti xejn f’ħajjithom.

Il-maġġoranża tal-Ġħawdxin stqarrew illi jinsabu kuntenti ferm li twieldu Ġħawdex u dan il-fatt ma jbiddluh ma xejn.

It-tema tal-politika, għal aktar minn nofs tan-nies li wieġbu għal dan l-istħarriġ, m’hiex importanti f’ħajjithom, filwaqt li 56 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija ma jikkunsidrawx li lesti li jbiddlu l-mod ta’ kif jivvutaw fl-elezzjoni.

Rigward il-midja u l-ġrajjiet kurrenti, tlett kwarti tal-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ qalu li isegwu l-aħbarijiet kurrenti minn links li jiġu xxerjati fuq Facebook. It-televiżjoni għadu mezz popolari wkoll għall-aħbarijiet.

Spikkat ukoll it-tema ġustizzja, peress li din hija l-iktar tema importanti għan-nies li ħadu sehem f’dan is-survey.

Meta ġiet diskussa t-tema tal-multikulturaliżmu, il-Maltin qalu li ma tantx iħossuhom komdi bit-taħlit tal-kulturi fis-soċjeta’ tagħna.

Il-President ta’ Malta George Vella stqarr li l-għan ewlieni ta’ dan l-istħarriġ nazzjonali kien sabiex il-poplu Malti u Ghawdxi jkun jista’ jsemma leħnu u jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-istat socjali li jinsab fih il-pajjiz.