Attivista favur id-demokrazija spiċċat arrestata mill-pulizija ta’ Hong Kong waqt it-32 anniversarju tal-massakri fi Pjazza Tiananmen, f’Beijing. F’dak il-jum fatali – l-4 ta’ Ġunju tal-1989 — l-Armata taċ-Ċina kienet qatlet numru kbir ta’ studenti u attivisti huma u jipprotestaw għal sistema ta’ ħajja aktar ħielsa.
Il-mara arrestata, Chow Hang Tung, hi viċi-chairwoman tal-Hong Kong Alliance li jorganizza l-vejl annwali għall-vittmi tal-protesti storiċi tal-1989. Dan fost rapporti li hi nżammet mill-pulizija bħala persuna ‘li kienet strumentali għall-attivitajiet pubbliċi li ma kenux awtorizzati’.
It-tmexxija f’Hong Kong, għat-tieni sena konsekuttiva, ipprojbiet il-vejla għall-vittmi ta’ Tiananmen fit-territorju partikulari u fejn issemmew ‘ir-restrizzjonijiet għall-coronavirus’ bħala raġuni. Il-pulizija fl-aħħar sigħat għalqu Victoria Park fejn is-soltu kienu jsiru l-avvenimenti sinboliċi fid-data tal-anniversarju, bil-qawwiet tal-liġi jibqgħu fuq standby biex jevitaw dimostrazzjonijiet illegali.
Hong Kong u l-Makaw huma l-uniċi zoni fit-territorji amministrati miċ-Ċina fejn ir-residenti jistgħu jfakkru l-anniversarju ta’ Tiananmen. Intant, l-awtoritajiet fil-Makaw ukoll ma permettewx li l-vejla ssir din is-sena.
//= $special ?>