Lokali Mużika

Il-lingwa Maltija f’album internazzjonali: Joseph Aquilina, il-Malti li ħadem ma’ Chicane

Ispirazzjoni li bdiet minn meta kellu 6 snin u kien f’pajjiżna… twieled fir-Renju Unit, hu illum iqis lilu nnifsu bħala Malti Brittaniku.

Net News tkellem ma’ Joseph Aquilina, mużiċist u akkademiku u li fl-aħħar xhur ħadem ma’ Chicane, mużiċit ta’ fama internazzjonali. Fil-ħidma li wettaq Aquilina kanta bil-Malti, u llum il-lingwa Maltija tinsab f’żewġ kanzunetti tal-album il-ġdid tiegħu Everything we had to leave behind. Huwa qalilna ta’ xi tfisser għalih li ħadem ma’ Chicane….

“Chicane talabni nikteb xi ħaġa bil-Malti…. Iltqajt ma’ Chicane permezz tal-manager, li ili naf minn snin ilu, u kont ħdimt miegħu meta ħdimt fuq mużika oħra li kienet bil-Malti wkoll, il-mużika tiegħi qabel ħdimt ma’ Chicane kienet li tfittex l-għeruq semitiċi tal-lingwa Maltija mal-mużika.”

L-album inkiteb tul il-lockdown… u Chicane wkoll ħariġha fil-kanzunetti tiegħu fl-album… u l-istess għamel permezz tal-lirika tiegħu li jwassal is-sentiment tiegħu. Huwa qal li l-vuċi tiegħu mhux biss tirrifletti l-lirika, imma hija wkoll ħoss sabiħ li jmur tajjeb mal-mużika ta’ Chicane.

L-imħabba tiegħu lejn il-mużika nibtet ukoll mhux biss bl-impatt li kellhom il-qraba tiegħu fuqu, iżda wkoll tul żjara ta’ 6 snin wettaq f’Ħal Saflieni, fl-Ipoġew.

“F’dak iż-żmien f’Malta kelli l-ewwel esperjenza …. morna l-Ipoġew… Malta għalija hija spiritwali, u fl-Ipoġew bdejt nifhem il-kunċett tal-Malti flimkien mal-mużika.”

Joseph Aquilina qasam magħna kif illum huwa għandu l-ADHD, kundizzjoni li iżda bħal ma hi ta sfida, huwa qatt ma qata’ qalbu biex jissaħħaħ fil-karriera tiegħu.

Huwa kompla li anki beda jdoqq l-ewwel strumenti meta kien Malta, hekk kif żijtu kienet tmexxi l-Mużew, u minn hemm mhux l-ewwel darba li kelmitu fuq il-mużika li kienet tindaqq anki tul il-quddiesa.

Huwa qalilna li għex it-tfulija fi Brixton, u hemm kien f’minoranza, f’soċjetà mimlija minoranzi, u anki fittex lilu nnifsu li jiddefinixxi l-identità Maltija tiegħu.

Il-kelma Maltija hija għal qalb il-mużiċist u ma ddejjaq xejn iwassal il-messaġġ lill-Maltin biex ngħożżu lil din il-lingwa tagħna.

“Il-lingwa hija importanti għall-proxxmu tagħna għax tgħinek tkun uman, tkun Malti “