Lokali

Il-PN jirringrazzja lil Therese Comodini Cachia

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil Therese Comodini Cachia għal ħidma tagħna fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Il-PN, permezz ta’ stqarrija ffirmata mis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech saħaq li Therese Comodini Cachia dejjem fehmet li l-politika hija missjoni biex permezz tagħha tkun ta’ servizz lin-nazzjon u lill-poplu Malti kollu, u l-ħidma tagħha fi ħdan l-istrutturi tal-Partit, kif ukoll bhala Deputat Parlamentari Ewropew u wara bħala Deputat Parlamentari fil-Parlament ta’ Malta hija ħidma li jistoqqilha l-ħajr u l-apprezzament totali min-naħa tagħna.

L-istqarrija kompliet tgħid li Therese Comodini Cachia dejjem uriet kuraġġ kif ukoll integrita’ fil-ħdima politika tagħha kif ukoll bħala avukat impjenjata favur il-ħarsien tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem, tal-gustizzja, tar-‘rule of law’ u fil-glieda nazzjonali ta’ pajjizna kontra l-korruzzjoni.

Il-PN temm jgħid li Therese Comodini Cachia ser tkompli taħdem fl-istrutturi tal-Partit u fil-ħidma kollha li żgur se tkompli twettaq, il-Partit Nazzjonalista jħares ’il quddiem għal aktar ħidma u kollaborazzjoni