Il-UEFA kkonfermat regola ġdida tal-handball għall-Euro 2020. Dan hekk kif player li jmiss il- ballun b’idu fl-azzjoni li twassal għall-gowl b’mod aċċidentali mhux se jkun penalizzat u l-gowl se jkun jgħodd.
Ic-Chairman tal-Kumitat tar-Referees tal-UEFA Roberto Rosetti qal lir-referees se jkunu jistgħu jibdew japplikaw ir-regolamenti l-ġodda mill-Euro 2020 li jibda bħal llum ġimgħa. Fl-istaġun li għadu kif intemm, player li jmiss il-ballun b’idu waqt azzjoni li twassal għall-gowl ikun penalizzat u l-gowl ikun imħassar.
Fix-xhur li għaddew l-kowċ ta’ Manchester City, Pep Guardiola kritika numru ta’ deċiżjonijiet tar-referees meħuda mill-VAR fejn qal li ma jistgħax jaċċetta żblaji permezz tal-VAR.
//= $special ?>