Il-Ġimgħa waranofsinha f’Ta’ Sannat Għawdex, il-PN kompla jilqa’ r-reġistrazzjoni għall-persuni li qed jiġu misruqa mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-proċess fetaħ fil-5pm, u l-Għawdxin ikkonkorrew għal din is-sejħa tal-PN.
Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-PN Bernard Grech sostna li m’għad baqa’ l-ebda dubju li l-Gvern għal dawn l-aħħar tmien snin kien qed jisraq lill-poplu Malti u Għawdxi fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u għalhekk Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jħallas lura dak li bi dritt hu tal-poplu Malti u Għawdxi.
Intant, wieħed jista’ wkoll jirreġistra online l-interess tiegħu f’din il-kawża permezz tas-sit pn.org.mt/kontijiet.


