Lokali

Is-serq mill-kontijiet hu biss “polemika” – il-Ministru José Herrera

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali kien ċar daqs il-kristall… il-poplu Malti u Għawdxi, jum wara l-ieħor, qed jinsteraq mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma – rapport li s’issa juri li għal dawn l-aħħar tmien snin ta’ Gvern Laburista, insterqu mal-50 miljun ewro.

Iżda meta l-Ministru José Herrera ġie mistoqsi x’soluzzjoni se jingħata l-poplu Malti u Għawdxi għas-serq ta’ miljuni ta’ ewro, hu mhux talli ma weġibx għall-mistoqsija… talli iddeskriva is-serq bħala “polemika”… imbagħad ħarab mill-camera.

U l-istess il-Ministru Clayton Bartolo, li wara li wieġeb kelma b’kelma bħal Herrera, baqa’ jitbissem quddiem il-cameras taghna.