“Għalina inthom minthomx tfal iżda intom ċittadini li għandkom is-soluzzjonijiet f’idejkhom għal pajjiż aħjar u iktar nadif.”
Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech waqt intervent li għamel fis-sessjoni ta’ Eko-Skola mtella’ il-Ġimgħa minn Nature Trust Malta fejn fost l-oħrajn, ingħata spazju lil numru ta’ studenti biex isemmgħu leħinhom fil-Kamra tar-Rappreżentati dwar l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent.
Bernard Grech qal li t-tfal huma ċittadini li diġa qed jagħmlu differenza għal ħajja aħjar u iktar nadifa. Hu wiegħed li se jkun qed jieħu in konsiderazzjoni s-suġġerimenti li għamlu t-tfal ….biex imbagħad jimbuttahom ‘il quddiem. Dan biex il-pajjiż ikun aħjar, kemm għal preżent iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.
F’intervent separat, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-Ambjent, Robert Cutajar tkellem fuq l-importanza li tittieħed azzjoni wara din is-sessjoni… biex ikun hemm il-bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Dan għaliex wieħed ma jistax jibqa’ biss jitkellem mingħajr ma jieħu azzjoni hekk kif kulhadd għandu obbligu li jħalli kwalità ta’ ħajja tajba għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Minn naħa tiegħu, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Trasport, Toni Bezzina qal li huwa importanti ferm li jitnaqqsu l-emmisjonijiet fl-arja, bl-infrastruttura u l-ambjent jaħdmu id f’id biex ikolna ambjent iktar sostenibbli.
U l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Clyde Puli saħaq li għandu jkun hemm sistemi edukattivi ġodda biex it-tfal jitgħalmu kif wieħed jista’ jgħin lill-ambjent permezz ta’ azzjonijiet favur ħajja iktar nadifa.
Għal din is-sena, il-ħmistax-il sessjoni parlamentari annwali ta’ Eko-Skola saret b’mod minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija.

Ritratti: Matthew Tabone