Il-maġġoranza tat-timijiet li għamlu suċċess fil-kompetizzjonijiet tal-kampjonati Ewropej, għamlu dan għaliex kellhom difiża b’saħħitha, li kapaċi tikkontrolla l-partiti u ma tagħti l-ebda lok lill-attakkanti avversarji li jkunu ta’ periklu. Hawnhekk se nagħtu ħarsa lejn dawk li huma meqjusa bħala l-aqwa 10 difensuri li se jieħdu sehem fil-Euro 2020.
1. Ruben Dias (Portugall)
Ruben Dias kien ir-revelazzjoni tal-Premier League dan l-istaġun, fejn wara t-trasferiment mingħand Benfica għal ma’ Man City, rnexxielu jkun protagonist fir-rebħ tal-Premier League ma’ Man City, fejn saħansitra rebaħ il-plejer tas-sena tal-Football Writers’ Association fl-Ingilterra (FWA). Dias mistenni jifforma il-koppja difensiva ċentrali tal-Portugall flimkien mal-veteran ta’ 38 sena Pepe, fejn il-kwalitajiet eċċezzjonali tiegħu jistgħu jgħinu lil Portugall ikollhom tournament ta’ suċċess.
2. Raphael Varane (Franza)
Raphael Varane li għandu 28 sena hu fost l-aħjar difensuri fid-dinja fejn fl-aħħar staġuni kien strumentali għas-suċċessi li kisbu Real Madrid. Varane lagħab 73 partita ma’ Franza sa minn meta għamel id-debutt internazzjonali fl-2013, u bi Presnel Kimbempe ma’ ġenbu, wieħed jistenna li l-Franċiżi jkunu fost l-aqwa difensivament fil-Euro 2020.
3. Giorgio Chiellini (Italja)
Id-difensur veteran ta’ 36 sena, se jkun qed jikkompeti probabbilment għall-aħħar tournament tiegħu internazzjonali, wara karriera ta’ aktar minn 17-il sena mat-tim nazzjonali Taljan, fejn lagħab xejn inqas minn 106 partita. L-esperjenza ta’ Chiellini fi skwadra relattivament żagħżugħa, kapaċi tkun fattur ewlieni fis-suċċess li jiksbu l-Italja f’din il-kompetizzjoni.
4. Matthijs de Ligt (Olanda)
Id-difensur żagħżugħ ta’ Juventus, Matthijs de Ligt huwa pedina mportanti fl-iskwadra tal-Olanda u huwa wieħed mill-fatturi għaliex l-Olanda reġgħu saru nazzjon kompettitiv, wara li ma kkwalifikawx għall-Euro 2016 u għat-Tazza tad-Dinja tal 2018. Minkejja li għandu 21 sena, de Ligt se jkun qed imexxi id-difiża Olandiża fin-nuqqas ta’ Virgil van Dijk.
5. Manuel Akanji (Żvizzera)
Wara staġun pożittiv mal-club ta’ Borussia Dortmund, Manuel Akanji se jkun qed iħares li jkollu kompetizzjoni b’saħħitha flimkien mad-difesnur ċentrali Nico Evedi. L-Iżvizzeru ta’ 25 sena, għandu statura b’saħħitha, komdu bil-ballun filwaqt li kapaċi jleħħaq ma’ kull attakkant, bil-ġirja b’saħħitha tiegħu. It-tim tal-Iżvizzera se jkollu bżonn prestazzjonijiet sodi speċjalment difensivament jekk iridu jagħmluwha lejn l-aħħar stadji tal-Euro 2020.
6. Caglar Soyuncu (Turkija)
Caglar Soyuncu (lemin) kellu staġun impressjonanti mat-tim ta’ Leicester fl-Ingilterra, fejn rebaħ l-FA Cup fil-finali kontra Chelsea. Minkejja li dan l-istaġun tilef bosta partiti minħabba f’injury, Soyuncu se jħares li jkompli bil-forma pożittiva li temm biha fil-Premier League, biex flimkien mad-difensur żagħżugħ ta’ Liverpool Ozan Kabak jmexxu lit-Turkija fil-Euro 2020.
7. John Stones (Ingilterra)
It-tieni difensur ta’ Man City f’din lista, John Stones kellu staġun brillanti fejn reġa’ sab il-forma li ħafna kienu jistennew minnu. Flimkien ma’ Ruben Dias hu kien strumentali ma’ Man City fejn irnexxielu jikkontribwixxi għal 14-il clean sheet fi 22 partita li lagħab. B’Harry Maguire dubjuż għall-fażi tal-gruppi fl-Euro 2020, Gareth Southgate se jkun qed jiddependi fuq John Stones sabiex imexxi id-difiża tal-Ingilterra, u jirrepetu s-suċċess li kellhom fit-Tazza tad-Dinja tal-2018.
8. Mats Hummels (Ġermanja)
Fl-eta’ ta’ 32 sean Mats Hummels kellu karriera internazzjonali ta’ suċċess fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2014. Minkejja li fl-2019 il-coach Joachim Low kien qal li mhux se jgħajjat aktar lil Hummerls man-najjonal, jidher li l-esperjenza tiegħu f’tim relattivament żagħżugħ jaf tkun imrpezzabli għat-tim ta’ Low. Minkejja li l-aħħar riżultati ma kienux kif mixtieqa, il-Ġermanja xorta jibqgħu forza b’saħħitha u se jkunu qed jissiletu biex jirbħu il-Euro 2020.
9. Milan Skriniar (Slovakkja)
MIlan Skriniar hu wieħed mill-plejers li dan is-suq ta’ trasferimenti qed ikun msemmi ma’ Man Utd u Tottenham fost l-oħrajn. Wara li għadu ġej mir-rebħ tas-Serie A ma’ Inter Skriniar se jkun qed iħares li jkompli l-forma pożitiiva tiegħu fil-Euro 2020, minkejja li ċ-ċnasijiet tas-Slovakki li jirbħu din il-kompetizzjoni huma xi ftit baxxi. Madanakollu, bi Skriniar imexxi id-difiża u l-veteran Marek Hamsik fl-attakk, it-timijiet li se jilagħbu kontrijhom se jsibu tim li kapaċi jagħti partita iebsa lil kulħadd.
10. Aymeric Laporte (Spain)
Aymeric Laporte iddeċieda li minn din l-edizzjoni tal-Euro jibda jirrappreżenta lil Spanja, hekk kif kellu l-għażla li jkun plejer Franċiż. Laporte għadu qatt ma’ lagħab ma’ Spnanja u din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu f’kompetizzjoni internazzjonali. L-Ispanjol ta’ 27 sena, dan l-istaġun ma kienx regolari ma’ Man City daqs staġuni preċedenti, b’John Stones u Ruben Dias jkun preferuti minn Pep Guardiola. MInkejja dan, wara l-esklużjoni ta’ Sergio Ramos, Lapote mistenni jilgħab parti kruċjali għat-tim Spanjol, f’tim li hu nieqes ferm mill-esperjenza. //= $special ?>
X Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Meta tagħfas "Naċċetta" tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għal użu tal-cookies kollha. Tista' ukoll tagħfas Cookie Settings biex tagħżel liema cookies iżżomm fuq dan is-sit. Aqra AktarNAĊĊETTACookie settings
Manage Cookies
Regoli tal-Privatezza
Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Il-cookies li huma klassifikati bħala neċessarji qed jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek biex nassiguraw li l-funzjonijiet bażiċi ta' dan is-sit jaħdmu sew. Dan is-sit ukoll juża cookies oħra li jgħinu fl-analiżi ta' kif qed jaħdem. Int tista' tiddeċiedi li ma tħallix dawn l-cookies jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
Cookie
Duration
Description
cookielawinfo-checbox-analytics
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-functional
11 months
The cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checbox-others
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-necessary
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-performance
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy
11 months
The cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.