Lokali

“Ma tistax tiġi injorata ċ-ċifra tal-multikulturaliżmu” – George Vella

Il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-pubbliku Malti u Għawdxi talli ta l-kontribu tiegħu u rrisponda għall-istħarriġ xjentifiku. George Vella stqarr li l-Maltin huma kburin u ma jixtiequx li twieldu post ieħor, filwaqt li l-ilsien Malti għadu prominenti ħafna f’Pajjiżna.

Hu fakkar kif il-Malti jħoss li l-livell ta’ għajxien tiegħu huwa fil-livell medju u li d-drittijiet tiegħu għadhom qed jiġu mħassra. Il-poplu Malti għadu wkoll jemmen f’Alla. Iżda waħda mill-figuri li laqtet l-iktar lill-President ta’ Malta hija li jidher ċar li l-midja socjali saret għodda fundamentali għall-poplu Malti u qed taffettwa ħafna lis-soċjeta’ ta’ pajjiżna.

George Vella saħaq ukoll li jinsab imħasseb li l-Maltin qalu li ma tantx iħossuhom komdi bit-taħlit tal-kulturi fis-soċjeta’ tagħna. Huwa jħoss li din iċ-ċifra ma tistax tiġi injorata. Il-President tenna li fadal ħafna xi jsir fir-rigward tal-ambjent, ġurnaliżmu, żvilupp ta’ teknoloġija, l-edukazzjoni tal-identita’ Maltija kif ukoll l-partiġjaniżmu fil-politka.