Lokali

Mara ta’ 50 sena ttieħdet l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Marsascala

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4.30 ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Qaliet, Marsaskala.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Isuzu Trooper, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena, u Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena. Fl-Isuzu kien hemm ukoll mara ta’ 50 sena.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Żewġ vetturi li kienu pparkjati ġarrbu xi ħsarat kawża ta’ dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.