Wara laqgħa tal-Assemblea tal-Lega, kien deċiż li mill-istaġun li ġej il-partiti kollha tas-Serie A se jibdew jintlagħbu f’ħinijiet differenti fuq tliet ijiem mis-Sibt sat-Tnejn. Fl-istaġun passati, il-partita kienu jintlagħbu bejn il-Ġimgħa u t-Tnejn, fejn normalment il-Ġimgħa filgħaxija kien ikun hemm partita fid-8:45, tliet partiti is-Sibt, fit-3.00pm, fis-6.00pm u fid-8.45pm, sitt partiti l-Ħadd, fin-12.30pm, tliet partiti fit-3.00pm, waħda fis-6.00pm u oħra fid-8.45pm u partita waħda t-Tnejn filgħaxija.

Mill-istaġun li ġej dan se jkun qed jinbidel, prinċiparjament minħabba d-drittijiet televiżivi tal-kumpaniji ewlenin fl-Italja li jxandru l-partiti tas-Serie A. Is-Sibt se jibda jkun hemm erba’ partiti, fis-2.30pm, fl-4.30pm, fis-6.30pm u fid-8.45pm. Il-Ħadd mistenni jkun hemm ħames partiti, fin-12.30pm, fis-2.30pm, fl-4.30pm, fis-6.30pm u fid-8.45pm filwaqt li t-Tnejn se jkun hemm partita waħda fid-8.45pm
//= $special ?>