Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Association (MPA) illum irreġistrat tilwima kontra l-Kummissarju tal-Pulizija wara li t-talba biex jippermetti lill-uffiċjali, li jagħmlu rondi fuq il-bajja, biex jilbsu l-beritta tal-Pulizija minflok il-kpiepel u żraben normali ġiet milqugħa bi tweġibiet li jiddevjaw mingħajr ma tissolva l-kwistjoni.
Uffiċjali li jwettqu din it-tip ta’ ronda jqattgħu medja ta’ 8 sigħat fuq il-bajja u l-promenade, mingħajr ma tal-anqas jingħataw il-possibbiltà li jkunu komdi u siguri, u jilbsu tagħmir maħruġ mill-pulizija, kif jagħmlu sezzjonijiet oħra.
Fi stqarrija l-MPA qalu li għalihom, il-benesseri tal-membri tal-Korp tal-Pulizija huma l-ogħla prijorità.
Għal dan il-għan, l-MPA qed tidderieġi l-membri kollha tal-Korp (kemm jekk huma membri tal-Unjoni jew le), li jagħmlu dan ix-xogħol, biex mis-6am ta’ nhar is-Sibt 5 ta’ Ġunju 2021, jilbsu l-beritta tal-Pulizija u trainers iswed.
//= $special ?>