Lokali Saħħa

Nhar il-Ħadd fil-każini wieħed għandu jibqa’ bilqiegħda – Charmaine Gauci

Tul il-bullettin mediku tas-Saħħa tal-lum, il-Prof. Charmaine Gauci għamlitha ċara li dawk kollha li jmorru fil-każini mill-Ħadd li ġej iridu jibqgħu bilqiegħda.

Il-Ħadd il-massimu huwa dak ta’ erba’ persuni li jistgħu jkunu ma’ mejda, mit-Tnejn il-massimu jitla’ għal sitta.

Għal domandi ta’ Net News Charmaine Gauci qalet li huwa importanti li jinżammu l-protokolli, u qalet li għax-xahar ta’ Ġunju mhux se jsiru attivitajiet tal-massa, għajr biss għal tiġijiet li għandhom isegwu r-regoli imposti ta’ kawtela.