Lokali

Tifkira tal-irvellijiet tas-Sette Giugno

Il-Ġimgħa filgħaxija saret iċ-cerimonja tat-tqegħid tal-fjuri quddiem il-monument tas-Sette Giugno, immexxija mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-għola awtoritajiet tal-pajjiż inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Hu kien akkumpanjat mill-Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari David Agius u mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar.

Is-Sette Giugno tfakkar erba’ Maltin… Manuel Attard minn Tas-Sliema, lill-Għawdxi Giuseppe Bajada, lil Lorenzo Dyer mill-Birgu u lil Carmelo Abela mill-Belt li ċarċru demmhom fl-irvellijiet li waslu biex il-Maltin ingħataw waħda mill-aqwa Kostituzzjonijiet mill-Gvern Ingliż ta’ dak iż-żmien.

Fid-diskors tiegħu l-Ispeaker, ta ġih lil dawk li ssiltu u oħrajn li saħansitra tilfu ħajjithom biex Malta taqbad it-triq għad-demokrazija. Hu fakkar li mingħajr il-maturità politika ta’ matul is-snin, il-Parlament ma kienx ikun kapaċi jkompli jwettaq il-ħidma tiegħu, anke matul l-isfidi tal-pandemija.

Anġlu Farrugia qal li din hi sena ferm importanti għal pajjiżna hekk kif taħbat il-mitt sena miċ-ċerimonja inawgurali tal-Parlament Malti.

Wara d-diskors tiegħu ndaqq il-Last Post. Imbagħad kien imiss minuta ta’ silenzju. U wara ndaqq ir-Revbeille.

Fi tmien ta’ dan saru t-tqiegħed tal-kuruni f’riġlejn il-Monument ta’ Sette Giugno. Finalment, indaqq l-Innu Malti.

Għat-tieni sena konsekuttiva, iċ-ċerimonja saret fuq skala ridotta biex tiġi osservbata d-distanza soċjali fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19.

Ritratti: Matthew Tabone