Coronavirus Kultura Lokali Saħħa

Titneħħa l-projbizzjoni fuq l-artisti

Qed ikun rapurtat li mit-Tnejn li ġej, il-projbizzjoni fuq id-DJs ser tintemm u ser ikunu jistgħu jerġgħu jdoqqu fil-postijiet li fl-avviż legali se jkunu jistgħu jiftħu, fosthom fir-ristoranti u fil-bars.

Dan sar magħruf mill-aħħar avviż legali li kien ippublikat mill-awtoritajiet fejn f’punt wieħed jissemmew il-protokolli li jridu jittieħdu f’receptions, bars u partijiet fejn fihom ikun kantanti, bands jew Djs. Filfatt, jekk ma jkunx hemm distanza ta’ 4 metri bejn l-artisti u l-pubbliku, quddiem l-artisti jrid ikun hemm perspex filwaqt li l-mużika trid tinżamm fuq livell baxx.