Futbol Sport

Żewġ żbalji fid-difiża Maltija jagħtu rebħa minima għall-Kosovo

Malta………………………1

Kosovo…………………….2

Malta: Bonello, Shaw, Camenzuli (Kristensen 88′), Agius (Caruana 88′), Mbong, Montebello, R. Muscat (N. Muscat 64′), Corbolan (Borg 65′), Teuma, Satariano (Attard), Dimech (Degabriele 64′)

Kosovo: Bekaj, Vojvoda, Rrahmani, Fazliji, Aliti (Bajselmani 88′), Shala (Halimi 61′), Idrizi, Kryzeiu (Voca 72′), Kastrati (Bytyqi 62′), Rashica (Daku 88′), Zeneli

Referee: C. Jaeger

Assitenti referees: A. Staduinger, S. Telek

Wara t-telfa ta’ nhar il-Ħadd kontra l-Iralnda ta’ Fuq it-tim Malti lagħab it-tieni u l-aħħar partita li kienet parti minn kamp ta’ taħriġ fl-Awstrija fejn wara li l-partita kontra l-Kazakhstan ġiet pospost, din il-partita kienet l-aħħar waħda għat-tim ta’ Devis Mangia. F’din il-partita, il-captain tat-tim nazzjonali Malti Andrei Agius laħaq il-100 partita tiegħu.

Wara bidu bilanċjat, il-Kosovo fetħu l-iskor fetħu l-iskor fid-19 -il minuta fejn wara żball f’nofs il-ground mill-players Maltin, kien MILOT RASCHICA li kkonkluda fuq cross fil-baxx ta’ Lirim Kastrati li kkonkluda għal 1-0. Tliet minuti wara, żball ieħor fid-difiża Maltija, bl-istess player li kien l-awtur tal-ewwel gowl jixħet ix-xutt tiegħu għoli mil-lasti ta’ Bonello.

Il-Kosovo komplew jiddominaw il-partita u fis-27 minuta, opportunità oħra għal Raschica li waħda mal-goalkeeper Malti xeħet barra minn pożizzjoni komda. Għaxar minuti wara azzjoni oħra perikoluża mill-Kosovo iżda mill-konklużjoni ta’ Idrizi kien il-goalkeeper Malti li dawwar f’corner. Il-goalkeeper Malti kien għal darb’oħra msejjaħ fl-azzjoni fl-40 minuta meta salva xutt mill-viċin ta’ Raschica. Ftit qabel il-mistrieħ, waslet l-ewwel azzjoni perikoluża mit-tim Malti meta d-difensur Kurt Shaw kien kważi ġie waħdu mal-gowlkiper iżda Kryzeiu waqqfu fil-ħin permezz ta’ foul minbarra l-kaxxa. Mill-freekick sussigwenti, il-konklużjoni ta’ Camenzuli ħabtet mal-barriera, bil-ballun jispiċċa f’saqajn iż-żagħżugħ SHAUN DIMECH li mill-viċin ikkonkluda għal 1-1 minkejja l-protesti mill-avversarji għall-possibilità ta’ offside.

Fit-tieni taqsima dehret evidenti l-għejja fost il-players Maltin u jikkontribwixxi għal dan huwa l-waqfa tal-kampjonat lokali f’Marzu li għadda fejn minkejja li fl-aħħar ġimgħat l-players Maltin tħarrġu bi sħiħ u ffukkaw fuq l-apett fiżiku, n-nuqqas ta’ partiti f’saqajn il-player ta’ Devis Mangia xorta nħass. Fid-49 minuta minn żball fid-difiża Maltij, il-player Kastrati naqas milli jaħtaf l-okkażjoni bit-tim Malti jeħlisa ħafif. It-tim Malti rreaġixxa u fis-60 minuta minn azzjoni ta’ Joseph Mbong fuq il-lemin, sab lill-wing-back l-ieħor Juan Corbolan li ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi barra.

Il-Kosovo marru fil-vantaġġ fit-83 minuta meta minn żball ieħor fid-difiża tat-tim nazzjonali Malti, kien l-attakkant RASCHICA li għal darb’oħra approfitta għal 2-1, liema riżultat ntemmet bih il-partita.