Il-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jissaħħaħ u jinvesti aktar fir-riżorsi tiegħu ħalli jwassal il-messaġġ.
B’dan il-ħsieb, is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-Partit, Michael Piccinino, spjega li għada, il-poplu qed jintalab ikun ġeneruż mal-Partit Nazzjonalista kontra l-arroganza tal-Partit Laburista, li fost l-oħrajn qed juża’ lix-Xandir tal-Istat bħala l-magna ta’ propaganda tiegħu. Dan anke billi, ripetutament, ma jagħtix spazju lill-Partit Nazzjonalista.
Michael Piccinino qal li din il-Maratona qed issir fil-kuntest li, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed noqorbu lejn elezzjoni ġenerali. Hu kompla li fil-jiem li għaddew, bdew jittellgħu l-ewwel billboards politiċi. Dan bħala mezz ieħor ta’ komunikazzjoni li, biex ikunu jistgħu jissaħħu, hemm bżonn l-għajnuna finanzjarja ta’ kulħadd.
Il-Maratona se tittella’ bejn is-2pm u l-11pm fuq NET Television, għalkemm il-linji tat-telefon u tal-SMSs diġà huma attivati. Matulha, wieħed se jkun jista’ jsegwi aktar il-ħidma li qed issir fi ħdan il-clusters li qed ifasslu l-proposti tal-Partit, kif ukoll spettaklu fis-Sala tad-Dar Ċentrali.
//= $special ?>