Huma 9 l-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa.
Dan ifisser li minn Marzu tal-2020 t-total ta’ każi rreġistrati fil-Gżejjer Maltin issa qed jammontaw għal 30,568.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 7 u għaldaqstant t-total ta’ persuni mfejqa laqħu t-30,073.
Fortunatament għall-11-il jum konsekuttiv pajjiżna ma rreġistra ebda mewta relatata ma’ dan il-virus, sabiex b’hekk it-total ta’ fatalitajiet għadhom qed jammontaw għal 419 – bil-każi attivi jiżdiedu għal 76.
Intant sal-jum tal-Ġimgħa kienu aktar minn 230,500 persuna li tlaqqmu biż-żewġ dożi tal-vaċċin.
//= $special ?>