Il-kumpanija Facebook issospendiet għal sentejn minn Jannar li għadda l-kontijiet tal-eks President Amerikan Donald Trump. Dan ifisser li Trump mhux talli ma jistax jagħmel użu minn Facebook, iżda lanqas jista jkollu kont ta’ Instagram, li hi pjattaforma soċjali mmexxija mill-kumpanija Facebook.
Il-projbizzjoni waslet wara numru ta’ posts li kien għamel rigward il-protesti vjolenti fuq il-Capitol, bil-kumpanija tisħaq li l-aġir ta’ Trump kien wieħed serju ħafna u li kiser kull regola ta’ etika.
Kelliema għal Facebook spjegaw li l-ġgant tal-media soċjali mhux se jkun qed jiskuża jew jipproteġi aktar lil politiċi, filwaqt li qalu li l-ebda immunità mhi se tkun applikata għal diskors qarrieqi, abbużiv jew manipulattiv.
//= $special ?>