Lokali

Ġermaniż bi ġrieħi serji wara inċident fuq il-baħar

Ġermaniż ta’ 60 sena ġarrab ġrieħi serji f’inċident fuq il-baħar.

Jidher li lbieraħ għal xi s-6.45pm, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kemm iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed fuq il-baħar f’San Pawl il-Baħar.

Irriżulta li l-inċident seħħ waqt li r-raġel kien fuq dik li hi magħrufa bħala sofa boat ride

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret
inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.