Il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar ta x’jifhem li l-Elezzjoni Ġenerali tinsab fil-qrib wara li ftaħar bl-użu ta’ LED-Screen tond waqt konferenza tas-Servizz Pubbliku fl-MFCC.
Waqt li kien qed jindirizza l-konferenza, Mario Cutajar ikkumenta dwar jumbo-LED screen li kien qed ixandar l-parteċipanti li kienu qed jattendu għal din il-konferenza permezz ta’ Zoom minħabba li ma setgħux ikunu preżenti minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija.
Huwa saħaq, “Qalulna li dan l-iskrin tond l-ewwel darba li qed jintrema malta. Qabel jibda juzah kulhadd gejja l-kampanja elettorali probabli nibdew narawh ferm aktar”.
Għaldaqstant huwa ta’ indikazzjoni ċara u tonda li l-Elezzjoni Ġenerali tinsab fil-qrib….biċ-ċans li dan l-iscreen jintuża waqt xi attività politika…
//= $special ?>