Fost l-aktar bliet madwar id-dinja li qed iħarsu ‘l quddiem biex jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-kummerċ u jerġgħu jibdew idawru r-rota ekonomika, hemm Seville, li se tkun fost dawk li se jilqgħu logħob tal-UEFA Euro 2020.
Dan wara li l-Assoċjazzjoni li tirregola l-futbol fl-Ewropa – il-UEFA – għażlet lil din il-belt minflok Bilbao xahrejn biss ilu għal-logħob li se jibda l-Ġimgħa li ġej.
Wara l-isfidi li ffaċċjaw matul ix-xhur tal-pandemija, diversi lukandi, ristoranti u bars f’Seville qed jittamaw li s-sitwazzjoni titjieb, għalkemm għadhom inkwetati li minkejja kollox, dan jaf ma jkunx biżżejjed għalihom biex jirkupraw mid-daqqa ekonomika, li saħansitra rat lil diversi negozji jagħlqu l-bibien għaldejjem.
//= $special ?>