EURO 2020 Futbol Sport

“Jew issa jew qatt għall-Ingliżi” – Jose Mourinho

Il-coach ta’ Roma Jose Mourinho qal li dan huwa l-aħjar ċans għall-Ingilterra li jirbħu kompetizzjoni internazzjonali maġġuri, wara li l-aħħar titlu wasafl-l 1966, aktar minn 55 sena ilu. Mourinho stqarr li l-fatt li l-Ingilterra se jilagħbu l-maġġoranza tal-partiti tagħhom f’Wembley Stadium, f’Londra, jista’ jkun kemm ta’ vantaġġ kif ukoll ta’ żvantaġġ għat-tim immexxi minn Gareth Southgate.

Minkejja, dan Jose Mourinho jemmen li Franza huma l-favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni, wara s-suċċess li kellhom fit-Tazza tad-Dinja tal-2018.