Hemm bżonn li immedjatament il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia jiddiżassoċjaw ruħhom mill-kummenti taċ-Chairman tal-midja tal-Partit Laburista u ċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali Valletta Jason Micallef.
Hekk sostniet l-għaqda ambjentali Friends of the Earth Malta fejn ikkundannat il-kritika ħarxa bla ebda bażi fil-konfront ta’ numru ta’ ambjentalisti.
Dan wara li għadd ta’ attivisti Maltin ġew intervistati fuq programm Franċiż b’feature li ġab it-titlu ta’ Malta: A Concrete Paradise (Ġenna tal-Konkrit) – attivisti li tul dawn is-snin ddedikaw ħajjithom sabiex jipproteġu lill-ambjent Malti u saħħet il-poplu Malti u Għawdxi.
Madanakollu, FoE spjegaw li d-diskors li ntqal fuq il-produzzjoni ta’ Artè, li pajjiżna qed isir ġenna tal-konkrit ma ntlaqatx tajjeb ma Jason Micallef. Huma komplew jgħidu li d-degredazzjoni ta’ pajjiżna hija waħda evidenti f’kull villaġġ u raħal…u jekk persuna tiċħad dan kollu li qiegħed quddiem għajnejha hija xejn ħlief ipokrezija.
Friend of the Earth Malta saħqu li l-uffiċjali tal-Gvern għandhom fissazzjoni li jekk xi ħadd jitkellem fuq il-ħażin li hawn fil-pajjiż mal-barrani nittimbrawh traditur…u din ma hija xejn ħlief inferiority complex qawwija.
Huma spjegaw li tali diskors fil-konfront tal-ambjentalisti huwa wieħed perikoluż u mmirat biex jispiċċaw taħt il-korla tan-nies.
//= $special ?>