Internazzjonali

Jingħalaq l-ispazju tal-ajru għall-ajruplani tal-Belarus

L-Unjoni Ewropea għalqet l-ispazju tal-ajru għall-ajruplani tal-Belarus milli jtiru fl-ajru tal-Istati Membri jew imqar jaċċessaw kwalunkwe Ajruport ta’ Stat Membru, inkluż Malta. Dan wara li ftit tal-jiem ilu, ajruplan tar-Ryanair kien sforzat jagħmel inżul ta’ emerġenza biex jiġi arrestat ġurnalist.

Min-naħa l-oħra, il-linji tal-ajru Ewropej qed ikunu mħeġġa biex jevitaw milli jtiru fuq il-pajjiż tal-eks Unjoni Sovjetika, fejn hu maħsub li madwar 400 titjira kuljum se tkun qed tiġi affettwata.

B’din il-mossa tal-Unjoni Ewropea, il-linja tal-ajru tal-Belarus, Belavia, se tkun qed tiġi pprojbita milli topera minn 20 Ajruport fl-Ewropa, fosthom f’Milan, Berlin, Pariġi, Ruma u Vjenna.