Ikomplu l-preparamenti għas-47 edizzjoni tas-Summit tal-G7, li din id-darba, se jitmexxa mir-Renju Unit, f’Carbis Bay, fid-distrett ta’ Cornwall.
Din is-sena, is-Summit se jkun qed jiffoka fuq diversi suġġetti globali, inkluż il-pandemija tal-Covid-19, l-irkupru ekonomiku wara l-pandemija, il-bidla fil-klima u l-valuri demokratiċi.
Minn laqgħat prelimenarji fost il-pajjiżi qed jirriżulta li l-proposta li l-aktar li ġibdet l-attenzjoni mill-media internazzjonali hi dik ta’ taxxa għal kumpaniji internazzjonali, bil-qbil ta’ 15% taxxa minima min kull pajjiż tal-G7.
Min-naħa l-oħra, waqt laqgħat prelimenari tal-G7 bejn il-Ministri tas-Saħħa ħareġ is-sentiment li, filwaqt li l-ekonomijji tal-pajjiż huma importanti, irid ikun hemm ftehim għal koalizzjoni internazzjonali tas-Saħħa biex tkun evitata kriżi akbar f’dan is-settur.
//= $special ?>