Il-coach tal-Belġju Roberto Martinez stqarr li l-midfielder Kevin de Bruyne ġie operat f’għajnejh, bil-possibilitá li jilgħab il-Euro 2020 mingħajr l-użu ta’ maskra protettiva. de Bruyne sofra injury f’wiċċu fil-finali taċ-Champions League bejn Chelsea u Man City, bil-Belġjan mistenni jitlef l-ewwel partita tal-Euro 2020, kontra r-Russja.
Martinez qal li l-operazzjoni damet madwar 20 minuta biss, b’de Bruyne mistenni jirritorna għat-taħriġ nħar it-Tnejn li ġej, b’de Bruyne mistenni jkollu rwol kruċjali fil-partiti l-oħra tal-Belġju kontra d-Danimarka u l-Fillandja.
//= $special ?>