Formula 1 Sport

Leclerc jirbaħ il-Pole Position għat-tieni Grand Prix konsekuttiv

(Ritratt: EPA)

Charles Leclerc ta’ Ferrari se jkun qed jibda fuq quddiem nett fil-Grand Prix tal-Azerbaijan. Fl-aħħar Grand Prix, dak ta’ Monaco, minkejja li rebaħ il-Pole Position, Leclerc ma saqx fit-tellieqa tal-Ħadd wara inċident li kellu fl-aħħar sekondi tas-sessjoni ta’ kwalifikazjoni. Intant Lewis Hamilton ta’ Mercedes temm fit-tieni post, bis-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen se jida mit-tielet post. Pierre Gasly u Carlos Sainz se jibdew mir-raba’ u l-ħames post rispettivament. Lando Norris ta’ Mc Laren se jibda fis-sitt post bis-sewwieq ta’ Red Bull Sergio Perez se jkun qed jibda mis-seba’ post. Fit-tmien u fid-disa’ post se jkunu qed jibdew Yuki Tsunoda u Fernando Alonso rispettviament filwaqt li Valterri Bottas se jkun qed jibda fl-għaxar post fit-tellieqa tal-Ħadd waranofsinhar li tibda fis-2.00pm

Kif se jibdew

1. Charles Leclerc, 2. Lewis Hamilton, 3. Max Verstappen, 4. Pierre Gasly, 5. Carlos Sainz, 6. Lando Norris, 7. Sergio Perez, 8. Yuki Tsunoda, 9. Fernando Alonso, 10. Valtteri Bottas, 11. Sebastian Vettel, 12. Esteban Ocon, 13. Daniel Ricciardo, 14. Kimi Raikkonen, 15. George Russell, 16. Nicholas Latifi, 17. Mick Schumacher, 18. Nikita Mazepin, 19. Antonio Giovinazzi, 20. Lance Stroll