Lokali

Mara taqa’ madwar sular f’xaft ta’ residenza

Mara ta’ 67 sena kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqgħet madwar sular għoli f’xaft tar-residenza tagħha.

Il-każ seħħ ftit qabel t-3.00pm tas-Sibt waranofsinhar fi Triq is-Sorijiet f’Ħal Tarxien fejn immedjatament ġiet imsejħa fil-post ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.