Lokali Qorti

Omm ikkumpensata €500 wara li oħtha gidbet fuqha mas-Social Worker

Omm ta’ tlett itfal rebħet kawża kontra oħtha li nfamata, waqt rapport ta’ Social Worker dwar il-kustodja tat-tfal mal-eks raġel tagħha.

L-omm fetħet kawża kontra oħtha u raġel tagħha wara li saret taf li, f’konfoffa mal-eks raġel tagħha, dawn irrekordjaw id-diskursata tagħhom mas-Social Worker. Waqt id-diskursata bejn il-koppja u s-Social Worker, li parti minnha instemgħet quddiem il-Magistrat, huma ddikjaraw li l-omm kienet iffissata fl-atti sesswali, kellha biss moħħha fl-irġiel, kif ukoll diversi ħwejjeġ u oġġetti tas-sess.

L-omm iddikjarat li dawn “l-allegazzjonijiet kattivi” ma kienux difamatorji, għalkemm insistiet li l-allegazzjonijiet li kkommettiet adulterju huma malafamanti. Il-Maġistrat Rachel Montebello sabet lill-koppja ħatja ta’ malafama fil-konfront tal-mara u ordnatilhom iħallsuha €500.

Hi rrimarkat li fl-ammont tal-kumpens ikkunsidrat il-fatt li ma ġiex ippruvat li l-allegazzjonijiet għamlu ħsara lir-reputazzjoni tal-mara u li kienu ftit in-nies li semgħu bl-istess allegazzjonijiet.

Ikkummenta