Lokali

Raġel ta’ 59 ittieħed l-isptar wara li waqa’ minn żewġ sulari u nofs

Raġel ta’ 59 sena ittieħed l-isptar Mater dei wara li għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu waqa’ min madwar żewġ sulari u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’daru, fit-Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed immedjatament l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi.

Il-Pulizija tad-Distrett għada għaddejja bl-investigazzjonijiet, rigward dan il-każ.