Fil-5.00pm | Russja v Bulgarija
Wara d-draw fl-ewwel partita ta’ ħbiberija kontra l-Polonja, r-Russja se jkunu qed jilagħbu t-tieni partita din id-darba kontra tim li mhuwiex fil-Euro 2020, il-Bulgarija. L-aħbar li Kevin De Bruyne mhux se jkun qed jilgħab fl-ewwel partita tal-grupp, bejn ir-Russja u l-Bulgarija żgur għenet mhux ftit lit-tamiet ta’ Stanislav Cherchesov minkejja li t-tim Russu wkoll qed jaffaċja numru ta’ injuries.
Fis-6.00pm | Wales v Albanija
Din se tkun it-tieni partita ta’ Wales fejn wara li fl-ewwel partita tilfu 3-0 kontra c-champions tad-dinja Franza, f’ din il-partita, il-kowċ Robert Paige se jkollu ċans li jara l-players tiegħu kontra avversarju tal-istess livell hekk kif għall-ewwel darba wkoll se jkunu qed jirritornaw il-partitarji fil-Cardiff City Stadium sa mill-bidu tal-pandemija.
Fid-8.45pm | Żvezja v Armenja
Din il-partita se tkun l-ewwel waħda fl-isotrja bejn iż-żewġ nazzjonijiet. Il-kowċ tal-Iżvezja mistenni jibda bl-aħjar formazzjoni għal din il-partita ta’ ħbiberija hekk Victor Lindelöf, Dejan Kulusevski u Emil Forsberg kollha mistennija jkunu mal-ewwel ħdax.
//= $special ?>