Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, tliet timijiet Maltin ħadu sehem fil-4 X 4 X-Trophy u X-Series li saru fir-reġjun ta’ Calabria fl-Italja.
It-timijiet Maltin għamlu sforz qawwi matul din il-kompetizzjoni fejn saħansirta kienu wkoll mfaħħra mill-midja Taljana għad-dedikazzjoni u l-passjoni tagħhom.
Għal dan l-avveniment attenda wkoll il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-Tielet Distrett John Baptist Camilleri. Fil-jiem li għaddew il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wiegħed li se jkun qed jinvesti f’dan l-isport fejn waħda mill-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista tkun li jibni trakka għad-dilettanti tal-motorsport.