EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Analiżi u previżjoni ta’ Grupp A | L-Italja u l-Iżvizzera favoriti li javvanzaw

Il-kowċis tat-timijiet f'Grupp A

L-Italja u Żvizzera huma l-favoriti li javvanzaw għal mal-aħħar 16-il tim tal-Euro minn Grupp A tal-Euro 2020. Ta bil-ħaqq, dan jista’ jkun grupp interessanti ħafna u xi ftit delikat għal dawn iż-żewġ pajjiżi, anke jekk fuq il-karta huma mistennija li jispiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika. It-Turkija u Wales, iż-żewġ timijiet l-oħra fi Grupp A, m’humiex pajjiżi dgħajfa jew nieqsa mill-kwalitajiet meħtieġa f’dan il-livell. It-tnejn huma organizzati fis-sistema ta’ logħob tagħhom u għalhekk kapaċi jagħtu logħba iebsa lil kulħadd.

Analiżi | Italja

Il-favoriti sabiex jirbħu dan il-grupp huma l-Italja tal-kowċ Roberto Mancini.

Analiżi | Żvizzera

L-akbar rivalli tal-Azzurri f’dan il-grupp, mistennija jkunu l-Iżvizzera, tal-kowċ Vladimir Petkovic, li llu fit-tmexxija tal-iskwadra nazzjonali Żvizzera mill-2014

Analiżi | Turkija

It-Turkija, li se jkunu qed jilgħabu f’edizzjoni tal-Euro għall-ħames darba, jistgħu jkunu wieħed mill-pajjiżi f’din il-kompetizzjoni li jekk ikun kapaċi jisfrutta l-preġji tiegħu bħala skwadra, fosthom is-saħħa tagħhom fid-dipartiment difensiv, allura kapaċi narawhom jissorprendu.

Analiżi | Wales

Għat-tieni edizzjoni konsekuttiva, fil-finali tal-Euro se nkunu qed nerġgħu naraw lil Wales. Fl-aħħar Euro 2016, dawn kienu qed jiċċelebraw id-debutt tagħhom fil-finali ta’ kompetizzjoni ta’ dan il-livell, u rrnexxilhom jiktbu l-istorja billi waslu sas-semi-finali. Ħames snin wara dan ir-riżultat sorpriża, għalkemm mhux impossibli, se jkun diffiċli biex nerġgħu naraw il-Wales javvanzaw daqstant.