Futbol Sport

Andrei Agius jilgħab il-100 partita tiegħu mat-tim nazzjonali Malti

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet fil-partita kontra l-Kosovo, il-captain tat-tim nazzjonali Malti Andrei Agius lagħab il-100 partita tiegħu bil-flokk tat-tim Malti. Qabel l-istess partita, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo preżenta flokk kommemorattiv lil Andrei Agius.

Agius iddebutta mat-tim nazzjonali f’partita kontra l-Moldova fl-età ta’ 19-il sena taħt it-tmexxija tal-kowċ Duzan Fitzel. Id-difensur ċentrali ta’ Hibernians minn dakinhar lagħab 100 partita fejn skorja 6 gowls.

F’intervistà mas-sit uffċijali tal-MFA Agius qal li l-aktar partita li jibqa’ jiftakar hija dik kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium fejn minkejja li dakinhar it-tim Malti kien tilef 2-0, xorta waħda kienet esperjenza pożittiva għall-players Maltin li lagħbu f’wieħed mill-aktar stadiums bi storja fil-futbol.

Andrei Agius qal li l-perjodu taħt Devis Mangia huwa wieħed mill-aħjar perjodi li t-tim nazzjonali Malti kellu, anke hu personali fejn il-karatteristiċi tiegħu bħala player qed joħorġu aktar. Agius qal li dan m’huwiex it-tmiem tal-karriera tiegħu mill-futbol u minn mat-tim nazzjonali Malti hekk kif se jkompli jaħdem biex jibqa’ jkun magħżul fit-tim.

Il-player ta’ 35 sena fl-aħħar snin beda wkoll esperjenza fil-coaching hekk kif irid jgħaddi dak li tgħallem hu liż-żagħżagħ Maltin li għadhom telgħin.