Lokali

Bernard Grech izid 3.6% fl-appoġġ fuq ix-xahar li għadda

Fl-aħħar survey tal-Maltatoday, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kompla żied fl-appoġġ,

Huwa żied kważi 4 punti perċentwali – preċiżament 3.6% fuq is-survey tax-xahar li għadda.

Is-survey juri li fuq bażi reġjonali iż-żewġ partiti qegħdin kważi rasimbras fir-reġjuni tan-naħa ta’ fuq tal-port kif ukoll fir-reġjun tal-Punent fejn id-distakk hu biss ta’ 0.2%.

Fuq bażi Nazzjonali, skont dan l-aħħar suvey, kieku ssir elezzjoni llum, il-Partit Laburista jikseb 50.4% tal-voti filwaqt l-Partit Nazzjonalista jikseb 29.3%.