Coronavirus Lokali

COVID-19: 3 każi ġodda; ifiqu 5

Illum reġgħu fetħu l-każini b'kull persuna għandha tibqa' bilqiegħda meta tkun f'dawn il-postijiet

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati tliet każi ġodda filwaqt li fiequ ħames persuni oħra. Dan filwaqt li fortunatament l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha fl-aħħar sigħat biex b’hekk il-każi attivi huma ta’ 74.

Dan l-aġġornament kien imħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa.

B’hekk, ħarsa lejn it-total tan-numri mill-bidu tal-pandemija s’issa… total ta’ każi huma ta’ 30,571, total ta’ mfejqa huwa ta’ 30,078 filwaqt li t-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 419.

Sal-bieraħ, 233,826 persuna hi mlaqqma b’mod sħiħ għal kontra l-virus.

Mill-illum fetħu l-każini f’pajjiżna filwaqt li minn għada t-Tnejn, propju fis-Sette Giugno, se jkunu jistgħu jiftħu l-ħwienet tax-xorb. Il-protokolli li hemm fis-seħħ jgħidu li wieħed għandu jibqa’ bilqiegħda meta jkun f’dawn il-postijiet. Dan filwaqt li għax-xahar ta’ Ġunju mhux se jsiru attivatajiet tal-massa, għajr għal tiġijiet, li għandhom isegwu r-regoli imposti ta’ kawtela.