Futbol Sport

Il-Ġermanja jirbħu l-Kampjonat Ewropew ta’ taħt il-21 sena

(Ritratt: EPA)

Fil-finali tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena, kienu l-Ġermanja li rebħu din il-kompetizzjoni wara li għelbu lil Portugall 1-0.

Il-Ġermanja fetħu tajjeb u wara 16-il minuta resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Florian Wirtz ra x-xutt mid-distanza tiegħu jaħbat mal-mimduda. Biż-żewġ timijiet jibqgħu offensivi tul l-ewwel taqsima, kienu l-Ġermanja li fil-bidu tat-tieni taqsima fetħu l-iskor fid-49 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Ridle Baku, kien LUKA NMECHA li kkonkluda fil-baxx għal 1-0.

Il-Ġermanja resqu viċin li jirduppjaw fit-73 minuta meta Karim Adeyemi minn pożizzjoni tajba ra lil Diogo Costa jsalva biex ħalla lill-Portugall fil-partita. Minkejja l-pressjoni lejn it-tmiem mit-tim Portugiż, il-Ġermanja għarfu jagħlqu l-ispazzji b’mod tajjeb biex b’hekk rebħu dan it-tournament għat-tielet darba.