Lokali

Il-Pulizija twissi dwar telefonati qarrieqa

Żieda qawwija fir-rapporti dwar telefonati qarrieqa minn persuni li qed jgħidu li huma Pulizija

Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni dwar scams li qegħdin jiżdiedu
minn ġurnata għall-oħra. Dan hekk kif fl-aħħar jiem komplew jidħlu rapporti ta’ telefonati
qarrieqa minn persuni anonimi, li issa qed jgħidu li huma pulizija.

Din it-telefonata, li hi messaġġ irrekordjat bl-Ingliż u qiegħda ssir minn numri lokali, tgħid li
hija mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u tinforma lill-persuna li tirċievi t-telefonata li hemm attività
suspettuża fuq il-kont tal-eID tagħhom, jew li hemm mandat t’arrest f’isimhom. Il-messaġġ
imbgħad jidderieġi lil min jirċievi t-telefonata biex jagħfas in-numru “1” u jsegwi listruzzjonijiet addizzjonali u f’dal-mument tittieħed l-informazzjoni personali.

Fl-aħħar ġimgħa, is-Cyber Crime Unit assista f’aktar minn 150 rapport li għamlu persuni li
nfurmaw lill-Pulizija dwar dawn it-telefonati qarrieqa. Waqt li l-maġġoranza tal-persuni li
tkellmu mal-Pulizija ma waqgħux għall-iscam, sfortunatament kien hemm persuni li taw iddettalji tagħhom u ġew iffrodati.

Il-Pulizija qegħda terġa’ tfakkar lill-pubbliku fil-parir li tat fi stqarrija preċedenti (PR385/21)
dwar messaġġi qarrieqa b’sms jew email filwaqt li qalet li qegħda taħdem id f’id mal-operaturi tat-telefonija sabiex jiġu identifikati dawn it-telefonati u messaġġi qarrieqa.