Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-varjant Indjan jittieħed 40% aktar minn dak Ingliż

Il-varjant Indjan tal-Covid-19, issa magħruf bħala Delta, jittieħed ferm aktar minn persuna għall-oħra minn dak Ingliż.

Wara li xhur ilu feġġ dak li jissejjaħ il-Kent Variant tal-Covid, jew il-varjant Ingliż, u wara li dan kien intqal li jittieħed ferm aktar minn virus oriġinali, issa t-tħassib huwar dwar il-varjant li oriġina mill-Indja

Matt Hancock, is-Segretarju tas-Saħħa Brittanniku, filfatt qal li l-varjant Indjan jittieħed sa 40% aktar minn dak Ingliż. Hu qal li esperti kienu wissew dwar varjanti li jkunu jittieħdu bejn 40% u 50% aktar mill-virus orġinali.

Il-varjant Delta qed jinkwieta ferm lil bosta pajjiżi hekk kif dan jista’ jfisser pressjoni ġdida fuq l-isptarijiet jekk dan il-virus jibqa’ jinfirex fl-istess rata jew aktar.