Futbol Sport

Imut Edward Aquilina, eks coach ta’ Valletta u Sliema Wanderers fost l-oħrajn

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer internazzjonali u coach ta’ suċċess Edward Aquilina fl-età ta’ 75 sena.

Aquilina jibqa’ mfakkar għas-suċċessi miksuba ma’ Sliema Wanderers FC fejn rebaħ tliet kampjonati konsekuttivi bejn l-2002 u l-2005, fejn dawn kienu l-aħħar tliet kampjonati tal-klabb u fuq kollox għadu sa llum l-aħħar kowċ li rebaħ tliet kampjonati infila.

Aquilina jibqa’ mfakkar għas-suċċessi miksuba ma’ Sliema Wanderers FC fejn rebaħ tliet kampjonati konsekuttivi bejn l-2002 u l-2005

Aquilina, kiteb ukoll l-istorja ta’ Valletta Football Club, fosthom iż-żewġ kampjonati tal-1996/97 u l-1997/98 kif ukoll tliet FA Trophies fl-istess perjodu.

Bħala plejer, Aquilina ddebutta fl-1962 ma’ Sliema Wanderers FC u fl-istaġun ta’ wara skorja wieħed minn żewġ gowls fil-finali tal-FA Trophy biex ta rebħa lill-klabb kontra Hibernians F.C.

B’kollox, bħala plejer, hu rebaħ tliet FA Trophies flimkien ma’ dawk tal-1964/65 u 1972/73. Rebaħ ukoll tliet kampjonati, Independence Cup, Scicluna Cup, l-MFA League, Testaferrata Cup u Christmas Cup.

Aquilina mexxa wkol lil Qormi, Senglea Athletic, Marsa kif ukoll kien parti mill-istaff tekniku tal-MFA. Wara l-karriera tiegħu bħala coach, Aquilina kienu kollu kummentatur sportiv fuq it-televiżjoni lokali.

Aquilina kellu esperjenza wkoll mat-tim ta’ Qormi

Net News jingħaqad ma’ bosta oħrajn u jagħti l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba ta’ Edward Aquilina.