Ftit tal-minuti ilu tħabbar it-twelid tat-tieni wild tal-Prinċep Harry u Meghan, id-Dukessa ta’ Sussex.
It-tarbija — tifla — ingħatat l-isem Lilibet ‘Lili’ Diana Mountbatten-Windsor u stqarrija uffiċjali qalet li l-omm u t-tarbija t-tnejn jinsabu tajbin.
It-tarbija, fil-fatt, twieldet nhar il-Ġimgħa fi sptar ta’ Santa Barbara f’Kalifornja, fl-Istati Uniti — bl-aħbar toħroġ proprju issa fuq il-mezzi tax-xandir Britanniku
Harry u Meghan, sadanittant, qalu li għażlu l-isem tat-tarbija għal-laqam tal-Familja Rjali Britannika fir-rigward tar-Reġina Eliżabetta — li hi l-bużnanna taċ-ċkejkna Lilibeth.
Il-Prinċep u d-Dukessa għandhom ukoll tifel — Archie Mountbatten-Windsor li hu s-seba’ wieħed fil-linja tas-suċċessjoni għat-tron tal-Ingilterra
//= $special ?>