Wara li għamel diskors sħiħ jitkellem fuq in-negattività, il-Ħadd filgħdou fuq One Radio, il-Prim Ministru Robert Abela infexx f’attakk fuq il-wegħda li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, li jrodd lura Ħondoq ir-Rummien lill-Għawdxin u l-Maltin kollha.
Wara li l-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa fil-jum iddedikat lill-ambjent ta l-kelma tiegħu li Gvern ġdid Nazzjonalista jixtri lura l-art fil-Ħondoq biex idawwarha fi spazju pubbliku għall-famillji Maltin, il-Prim Ministru Laburista pprova jirridikola din il-wegħda… ui saħansitra ta x’wieħed jifhem li l-art tiswa wisq flus biex tinxtara mill-Gvern biex tingħata lura lill-pubbliku.
B’Robert Abela jispiċċa ma jgħid assolutament xejn dwar x’inhuma filfatt il-pjanijiet tal-Labour għal Ħondoq.
Gvern Laburista ilu mill-2013 sieket dwar hux beħsiebu jsir sfreġju f’din iż-żona… kwestjoni li qed tħasseb bil-kbir lil ħafna Għawdxin li fl-aħħar ġimgħat wissew lill-Gvern dwar l-iżvilupp sfrenat li għaddew fuq din il-gzira bil-biża li Għawdex se jispiċċa jitlef darba għal dejjem l-identità unika tiegħu.
Dan kollu minkejja li l-Partit Laburista snin ilu kien wiegħed li l-ambjent jingħata priorità, wegħda li issa ilha s-snin li taret mar-riħ.
Fl-intervent qasir li għamel bit-telefon, Robert Abela għal darboħra kkonferma wkoll li Gvern Laburista beħsiebu jippersisti bis-serq mill-kontijiet tad-dawl lill-familji Maltin.
Fi kliemu, Abela pprova saħansitra jiskredita r-rapport tal-Awditur Ġenerali li tkellem dwar id-diskrepanzi kbar ta’ miljuni ta’ ewro li qed ibatuhom il-familji… u baqa’ jindika li m’għandu l-ebda intenzjoni li jirranġa l-hekk imsejħa anomalija, u wisq inqas li jrodd lura l-flus li nsterqu mill-bwiet tal-familji fl-aħħar snin.
Robert Abela temm l-intervista b’attakk ieħor fuq il-Partit Nazzjonalista .. u qal li dan qatt ma raħħas l-income tax, fatt qarrieqi għaliex Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi kien fassal pjan li kien diġa beda jitwettaq, biex it-taxxa tibda tonqos b’mod konsisti f’kull budget. Pjan li filfatt kompla jimxi fuqu Gvern Laburista fl-2013.
//= $special ?>