Internazzjonali

Joqtol sitt persuni li kienu mexjin fit-triq

Raġel qatel sitt persuni u ħalla erbatax oħra bi ġrieħi wara attakk b’sikkina.

L-attakk seħħ fiż-żona tal-Lvant taċ-Ċina fit-toroq ta’ Anqing, fil-provinċja ta’ Anhui, 430km bogħod minn Shanghai.

Ir-raġel inżamm arrestat u jinsab għaddej minn investigazzjoni biex ikunu determinati ċ-ċirkustanzi li wasslu għal dan l-attakk.

L-aggressur għal xi raġuni infexx f’attakk fuq persuni li kienu mexjin fit-triq dak il-ħin.

Skont rapporti l-aggressur hu raġel ta’ 25 sena li m’għandux impjieg u li kien deskritt bħalla rrabbjat ħafna.

Inizjalment il-vittmi kienu ħamsa iżda aktar tard persuna oħra li kienet ġarrbet ġrieħi serji tilfet ħajjitha aktar tard fl-isptar.