Futbol Sport

Kevin de Bruyne jirbaħ l-unur tal-‘PFA Player of the Year’

Il-midfielder ta’ Man City Kevin de Bruyne rebaħ l-unur tal-‘PFA Player of the Year’ għat-tieni sena konsekuttiva wara li għin lil Man City jirbħu l-Premier League. de Bruyne kien parti kruċjali fit-tim immexxi minn Pep Guardiola fejn skorja 6 gowls filwaqt li provda 12-il assist għal Man City. Għal dan l-unur kienu nominati wkoll il-plejers ta’ Man City Ruben Dias, Phil Foden, Ikay Gundogan, il-midfielder ta’ Man Utd Bruno Fernandes kif ukoll l-attakkant ta’ Tottenham Harry Kane.

Min-naħa l-oħra Phil Foden rebaħ l-unur tal-PFA Young Player of the Year bil-plejers l-oħra nominati jkunu Trent Alexander-Arnold, Mason Mount, Bukayo Saka, Mason Greenwood u Declan Rice.